play_arrow
BKR BKR 94.5
today December 8, 2023my_locationĊentru Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem
‘IT-TWELID TAL-FEDDEJ’ – WIRJA TA’ PRESEPJI 2023
L-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem ser tkun qed terġa’ torganizza l-Wirja Annwali tal-Presepji, fiċ-Ċentru Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem, nru. 71, Triq Bwieraq, Birkirkara.
Fil-wirja ta’ din is-sena, li hija l-20 edizzjoni minn meta ttellgħet għall-ewwel darba lura fl-2003, ser ikun hemm esebiti ‘l fuq minn 100 presepju ta’ kull daqs u għamla, kif ukoll Bambini, dekorazzjonijiet u oġġetti oħra relatati mal-Milied. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, l-oġġetti għall-wiri huma magħmulin bl-idejn mill-esebituri nfushom.
Il-Wirja ser titbierek mir-Rev. Dun Charlon Muscat, Kappillan tal-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara. Tkun miftuħa kuljum bejn il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru u l-Ħamis 28 ta’ Diċembru. Il-ħinijiet tal-ftuħ ikunu mid-9am sa 12pm u mill-4pm sat-8pm. Il-post huwa aċċessibbli għal kulħadd u d-dħul huwa kompletament mingħajr ħlas.
Aktar dettalji dwar din il-Wirja, kif ukoll dwar l-Għaqda Wirjiet, jistgħu jinkisbu minn fuq il-paġna tal-Għaqda fuq Facebook.
| Begin | December 8, 2023 09:00 |
|---|---|
| End | December 28, 2023 20:00 |
| Location | Ċentru Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem |
| Address | 71, Triq Bwieraq |